Dan hu l-mument Lyrics

DAN HU L-MUMENT
Iż-żmien jgħaddi bla jistenna
Bħas-sħab jiġri bla dewmien
Bdejna naħsdu dak li żrajna
Ftit snin ilu int u jien
Ma bżajniex nilqgħu l-isfidi
Ftaħna beraħ il-bibien
Id f'id ħdimna biex wasalna
Issa naqsmu l-ġid flimkien
Dan hu l-mument l'emminna fih
Daż-żmien sabiħ kemm stennejnieh
Qalb waħda lkoll Maltin w Għawdxin
Wiċċna merfugħ bil-ġid kburin
Dan hu l-mument b'ħarsa 'l quddiem
Dan żmien il-ġid mhux biss il-kliem
Nibzgħu għalih ma nħarsu mkien
Għajr lejn ġid akbar fil-ġejjien
B'sagrifiċċju w ħila kbira
Ma bqajniex f'xifer l-irdum
L-għażla għaqlija li għamilna
Bdiet tagħtina l-frott mil-lum
Lil kull sfida aħna għelibna
Beda ġej l-investiment
Kemm kien għaqli li warrabna
Tal-kulur kull sentiment
Dan hu l-mument l'emminna fih
Daż-żmien sabiħ kemm stennejnieh
Qalb waħda lkoll Maltin w Għawdxin
Wiċċna merfugħ bil-ġid kburin
Dan hu l-mument b'ħarsa 'l quddiem
Dan żmien il-ġid mhux biss il-kliem
Nibżgħu għalih ma nħarsu mkien
Għajr lejn ġid akbar fil-ġejjien
Nibqgħu fit-triq li qbadna u naħdmu maqgħudin
Ha nkattru l-gid li ħloqna fis-snin illi ġejjin
Dan hu l-mument l'emminna fih
Dan hu l-mument l'emminna fih
Daż-żmien sabiħ kemm stennejnieh
Qalb waħda lkoll Maltin w Għawdxin
Wiċċna merfugħ bil-ġid kburin
Dan hu l-mument b'ħarsa 'l quddiem
Dan żmien il-ġid mhux biss il-kliem
Nibzgħu għalih ma nħarsu mkien
Għajr lejn ġid akbar fil-ġejjien
Dan hu l-mument

See also:

96
96.103
Geto Boys Real Nigga Shit Lyrics
Geto Boys What? Lyrics